Wara l-esperjenzi sbieħ li kellna matul l-attività pastorali li kellna dan is-sajf, fi tmiem din il-gimgħa b’ferh kbir kompla l-programm Italja-Malta. L-attività principali kienet maż-żgħażagħ tal-Parroċċa tal-Isla immexxija minn Fr Robin.

Kienu ħafna l-attivitajiet li żewqu din l-esperjenza missjunarja, li kienet tikkonsisti f’mumenti ta’ formazzjoni u qsim ta’ esperjenzi

kif ukoll mumenti ta’ mistrieħ u divertiment

 

Iż-żgħażagħ tagħna kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ Fr Jesmond, u animaw il-quddiesa tal-Ħadd fil-knisja tal-Erwieħ ta’ Ħal Tarxien

Nirringrazzjaw lil Alla għal dawn it-tlett ijiem mimlija bil-barka tiegħu, qsim ta’ esperjenzi u ħbiberija fraterna.

Meta wieħed jaħseb fuq din il-ħidma, ġeneralment il-ħsieb imur fuq x’se nagħmel u x’se nagħti, imma fir-realtà aktar ircevejna kif ifakkarna il-vanġelu ta’ San Mattew: “U kull min iħalli ‘l daru jew ’il ħutu jew ’il missieru jew ’l ommu jew ’l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem.” (Mattew 19:29)