DWARNA

Min hi l-Komunità Abramo?

Il-Komunità Abramo, li bdiet fl-1989, għandha l-għan prinċipali li tipproponi mixja ta’ tifħir lil Missier Alla, fejn wieħed jista’ jiġġedded b’mod sħiħ u interjuri fi Kristu Ġesù, permezz tal-ħidma doċli tal-Ispirtu s-Santu, b’ħarsa kontinwa lejn Ommna Marija bħala mudell, fejn is-Sagramenti u l-Liturġija huma ferm importanti u fejn isir it-tisħiħ tat-tradizzjoni tat-talb u l-ispiritwalità Kattolika.

KONVERŻJONI U ŻVILUPP SPIRITWALI

EVANĠELIZZAZZJONI ĠDIDA

Il-prijorità u l-impenn għall-evanġelizzazzjoni ġdida

Ta’ prijorità huwa wkoll l-impenn għall-mod ġdid ta’ Evanġelizzazzjoni permezz ta’ sforz kontinwu sabiex il-Kelma t’Alla tasal għand dawk li għad ma kellhomx esperjenza ta’ Ġesù fil-ħajja tagħhom u għand dawk li birdu fil-fidi, u b’attenzjoni partikolari lejn il-familji, iż-żagħżagħ, l-iskejjel u lejn l-ambjenti soċjali.

Evanġelizzazzjoni akkumpanjata minn formazzjoni permanenti ta’ lajċi li, bl-impenn u l-għarfien tal-fidi tagħhom, jagħrfu jkunu kemm parti mill-Knisja kif ukoll mit-twettiq tagħha. Evanġelizzazzjoni fejn il-messaġġ tal-Aħbar it-Tajba issir kura Pastorali u r-risposta għall-mistoqsija tal-ispiritwalità u tal-formazzjoni, li tbiddel il-mod ta’ kif wieħed għandu jaħseb u jaġixxi bħala nisrani awtentiku. Il-Komunità qiegħda propjament tilqa’ l-istedina ta’ Ġesù li tkun ta’ xhieda tal-Karità fil-Verità f’li tieħu ħsieb tal-faqar materjali u spiritwali tal-llum u li tippromovi l-iżvilupp integrali tal-persuna umana.

Testimonjanza

Esperjenza ta’

INKUNU XHIEDA TA’ ĠESÙ

Karità fil-verità

Ukoll, iċ-Ċentru Kulturali “Fides Et Ratio”, b’kollaborazzjoni mal-assoċjazzjoni tal-istudenti tat-Teoloġija “Sciat it Serviat”, tara li tieħu ħsieb id-dimensjoni kulturali tal-fidi b’impenn partikolari fl-“isfidi edukazzjonali”.

Il-Komunità Abramo, f’għeluq it-tletin sena tagħha, trid tapprofondixxi u xxerred il-messaġġ tal-Papa Franġisku biex “joħorġu minnhom infushom” u jmorru “għand l-oħrajn”, l-aktar imwarrbin, fil-bżonn ta’ konsolazzjoni, dawk li għandhom bżonn l-għajnuna, lejn il-“Periferiji tal-eżistenza” sabiex tasal il-preżenza ħajja ta’ Ġesù Ħanin li ssegwi “il-loġika tas-Salib” li hija li wieħed jagħti lilu nnifsu bħala rigal sabiex ikun hemm il-ħajja.

OĦROĠ MINNEK INNIFSEK

Imma aħna ma nistgħux inkunu ta’ xhieda jekk l-ewwel ma nesperjenzawx il-ferħ li aħna maħbubin minn Ġesù nnifsu, imbgħad nistgħu nkunu ma’ ħutna, kemm dawk qrib u wkoll dawk li jinsabu imbegħdin minna. Talb, bħala ċenaklu missjunarju, li hekk jinbidel f’post ta’ konverżjoni u proklamazzjoni fejn wieħed jista’ jara u jesperjenza lil Ġesù ħaj permezz ta’ kant ta’ tifħir, mużika, talb ta’ interċessjoni u meditazzjoni fuq il-Kelma t’Alla.

Il-Komunità Abramo hija reġistrata ma’ CHARIS ( Catholic Charismatic Renewal International Service).

SKOPRI FEJN NINSABU